“Diżgustati bil-pjanijiet ta’ żvilupp tal-AUM fil-Kottonera”

L-Attivisti ta’ Azzjoni: Tuna Artna Lura qalu li jinsabu diżgustati bil-pjanijiet ta’ żvilupp tal-Università Amerikana ta’ Malta fil-Kottonera. Dawn il-pjanijiet mistennija jiġu rrakkommandati għal approvazzjoni fil-laqgħa tal-Awtorità tal-Ippjanar tas-26 ta’ Settembru.

Il-grupp ta’ attivisti huwa magħmul minn residenti mill-Kottonera li flimkien qed jopponu dan l-iżvilupp. Qed jagħmlu dan għax jemmnu li l-ebda entità uffiċjali tal-komunità ma opponiet dan l-iżvilupp b’mod uffiċjali.

Aqra: ‘Ċaqalqu l-bini tad-dormitorju tal-Università Amerikana’ – FAA

Huma qed joġġezzjonaw fuw erba’ prinċipji: kulturali, soċjoloġiċi, ambjentali u arkitettoniku. Qalu li l-iżvilupp propost tal-estenzjoni tan-Knights Building se jgħatti s-swar u l-entratura tal-Isla. L-AUM se “taħtaf” l-uniċi spazji miftuħa fuq in-naħa tal-punent ta’ Baċir 1. Qalu li t-telf ta’ spazju miftuħ f’dan l-ambjent urban huwa ta’ detriment għall-benesseri tan-nies li jgħixu fl-inħawi. Qalu wkoll li minħabba li l-bini ta’ Baċir 1 jagħmel parti minn Żona Urbana Konservata, kull żvilupp għandu jirrispetta l-estetika u l-policies applikabbli taż-żona.

Aqra: Id-dormitorju m’għandux isir għad-detriment tar-residenti Sengleani – Kunsillier tal-PN

Enfasizzaw li huwa favur żvilupp sostenibbli, investiment u restorazzjoni tal-Kottonera. Qalu li iżda jitolbu li dan isir b’rispett.

X’seħħ qabel?

L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat il-pjanti kurrenti għall-AUM li jikkonsistu f’kumpless ta’ erba’ sulari u parkeġġ taħt l-art mibni fuq il-parkeġġ li hemm ħdejn il-grada li tagħti għall-Isla. Minflok, id-Direttorat irrakkomanda lill-Università li tippreżenta applikazzjoni ġdida għall-blokka.

Aqra“4 sulari oħra għall-AUM ta’ detriment għall-madwar” – PA; deċiżjoni f’Settembru

Barra minn hekk, ftehim li ġie ffirmat f’Marzu li għadda bejn l-Università Amerikana f’Malta (AUM) u l-Arkansas State University (ASU) ġie ffriżat peress li qam tħassib dwar it-tkeċċija ta’ kważi l-għalliema kollha tal-AUM is-sena l-oħra.

Skont l-Arkansas Democrat Gazette, l-AUM mhix università Amerikana. Is-sid tagħha hija kumpanija tal-kostruzzjoni mill-Ġordan. Skont uffiċjali, hija università ta’ stil Amerikan, u l-membri fil-fakultà għandhom kwalifikazzjonijiet minn universitajiet Amerikani.

Aqra: Università Amerikana f’Malta: Wieħed mill-ftehimiet iffriżat wara tħassib – rapport