Diżastru sħiħ fil-league Taljan minħabba l-coronavirus

Il-coronavirus qed iqajjem straġi sħiħ fil-futbol Taljan. Dan il-weekend biss tħassru ħames logħbiet, inkluż il-logħba li potenzjalment kienet se tiddeċiedi min se jirbaħ it-titlu din is-sena, il-logħba bejn Juventus u Inter Milan.

Uħud mil-logħob fit-Tramuntana tal-Italja kienu se jintlagħbu wara bibien magħluqa iżda minflok spiċċaw posponuti wkoll.

Il-logħba bejn Juve u Milan tmexxiet għat-13 ta’ Mejju flimkien ma erba’ logħbiet oħra. Il-logħob loħra li ġew ipposponuti huma, Milan vs Genoa, Parma vs SPAL, Udinese vs Fiorentina u Sasuolo vs Brescia. Iżda l-logħob ta’ Lazio, Napoli, Lecce u Cagliari se jsiru xorta waħda.

L-uffiċjali Taljani għadhom iridu jiddeċiedu dwar il-logħba ta’ Sampdoria li għandha tintlagħab nhar it-Tnejn.