“Fejn sejjer?” – pulizija twaqqaf sewwieq f’Ta’ Qali

Id-differenza bejn sit f’Ta’ Qali kif kien f’Jannar tal-2018 u kif spiċċa ħdax-il xhar wara hija kbira daqs kemm hi kerha. Medda art akbar minn pitch tal-futbol intradment illegalment minn skart tal-kostruzzjoni f’sensiela ta’ vjaġġi ripetuti u konsistenti li qerdu kull tama li l-post jista’ jkun riabilitat. Ir-radam jleħħaq mal-2.5 metri u f’bosta postijiet aktar minn hekk. Minn informazzjoni ta’ sorsi kif ukoll minn osservazzjonijiet tal-ġurnalisti tagħna, f’lejl wieħed f’Ottubru, aktar minn 40 vjaġġ jarmu l-materjal b’bulldowżer biex jinvella l-mnġiebel arbulati.

Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lil Bonnici Brothers iżda dawn qalu li ma jafux x’qed jiġri. Nistaqsu:

  1. It-trakkijiet kienu tagħkom jew ta’ ditti li jaħdmu magħkom?
  2. L-iskart ġej minn proġett tagħkom f’Burmarrad?

Il-pulizija għadhom ma weġbux.

L-Awtorità tal-Ippjanar għalqet il-post wara li Newsbook.com.mt bagħat l-informazzjoni.

Aktar tagħrif hawn.