Diżastri naturali: €34m biex jiġu approvati

Membri tal-Unjoni Ewropea li jiffurmaw parti mill-Kumitat tal-Baġit approvaw li l-Polonja, il-Greċja, il-Litwanja u l-Bulgarija se jingħataw €34 miljun bħala għajnuna biex jirkupraw minn diżastri naturali.

Dawn il-flus għadhom iridu jiġu approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, iżda mistennija li jiġu approvati sal-4 ta’ Settembru.

L-għajnuna finanzjarja se tkun biex jgħinu lill-Polonja u l-Bulgarija minħabba l-maltempati kbar li qerdu firxa kbira ta’ foresti u raba’. Dawn il-flus ukoll se jgħinu lil Litwanja sabiex tgħinha tirkupra mill-għargħar u d-dulluvji li kkawżaw ħsara fis-sistemi tad-drenaġġ, kif ukoll lill-Greċja biex tgħinha tirkupra minn ħsarat li ġarrbet wara t-terremoti.