“Diżappuntat li l-mexxejja ma qablux dwar l-immigrazzjoni” – Delia

PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qali li huwa ta’ diżappunt li matul l-aħħar summit Ewropew, il-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea  (UE) baqgħu ma waslux għal qbil fuq il-qsim tal-piż tal-immigrazzjoni.

Delia qal li dan sabiex ikun wieħed mandatorju u ma jibqax volontarju.

Delia qal dan waqt żjara lill-aġenzija ewlenija tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġjar tal-immigrazzjoni (EASO) li tagħti appoġġ lill-pajjiżi membri tal-UE.

Dr Delia qal li l-Oppożizzjoni tat l-appoġġ lill-Gvern sabiex jiġi mħares l-interess nazzjonali u offriet li titkellem fl-Ewropa fl-aħjar interess ta’ Malta.

Delia insista li l-Gvern għandu l-obbligu li jassigura li l-UE tara li tħaddem l-għodda li għandha disponibbli għall-immigrazzjoni irregolari. Delia qal li dan għaliex fl-aħħar dikjarazzjoni dwar l-immigrazzjoni irregolari tal-Kunsill Ewropew, l-EASO ma ​ġietx imsemmija.