Ta’ nisel Malti jattakka żewġ nisa b’martell f’Londra

Omm u bintha ġew attakkati minn raġel ta’ dixxendenza Maltija b’martell f’Londra lbieraħ. It-tnejn li huma jinsabu fil-periklu tal-mewt.

Skont xhieda li ppruvaw jagħtu l-ewwel għajnuna lin-nisa, wiċċhom ġie mbiċċer.

L-attakk fuq il-mara ta’ 30 sena u l-oħra ta’ 63 sena seħħ f’12.10pm, u l-allegat agressur, Joe Xuereb ta’ 27 sena ġie arrestat fis-7.35pm wara li mara baqgħet issegwih bil-karozza tagħha sakemm il-Pulizija arrestawh.

Mara li rat l-inċident iseħħ b’għajnejha spjegat li wara li attakhom, iż-żagħżugħ tela’ fuq ir-rota u kompla għal triqtu. Il-mara spjegat kif in-nisa t-tnejn sofrew ġrieħi f’rashom u wiċċhom.