Division 7 ikompli mil-lejla

Is-sensiela Division 7 tkompli mil-lejla fid-9.05pm fuq l-istazzjon One. Dan se jkun l-ewwel episodju mit-tmien u l-aħħar staġun ta’ din is-sensiela popolari bi produzzjoni ta’ DBA Entertainment.

Niftakru li l-aħħar staġun spiċċa bin-Niċċa marbut ma’ siġġu u mhedded mill-Brimbu li joqtlu, ibnu Bjorn mejjet mal-art quddiemu, id-Dondon bil-pistola ppuntata lejn il-Brimbu, u l-Brimbu fl-istess pożizzjoni, bid-differenza li mbagħad jispiċċa jispara lejn id-Dondon.

X’se jsir minn dawn it-tliet protagonisti se nsiru nafuh fi-ewwel episodju ta’ dan l-istaġun. Se tkompli tevolvi wkoll l-istorja ta’ Amir ma’ ibnu Nicky u l-eks tiegħu Mandy.

Fejn se jasal ir-rapport ta’ bejniethom? Se taċċetta Mandy li Amir jibqa’ jiltaqa ma’ ibnu?