Division 7 b’investigazzjonijiet u każijiet ġodda

Division 7
Carlos Farrugia


Illejla jixxandar it-tieni episodju mit-tmein u l-aħħar staġun ta’ Division 7 fejn se tkompli wkoll l-istorja ġewwa l-ħabs tal-irġiel, fejn apparti r-residenti tas-soltu Chris, Reno, Charles, il-Pops u sħabu, se jkollna wkoll xi karattri ġodda li ser joħolqu sitwazzjonijiet ġodda, uħud umoristiċi u oħrajn serji. Fil-ħabs tan-nofs, fejn issa naqsu r-residenti, iżda xorta mhux se jonqsu l-praspar.

Fid-depot tal-Pulizija, l-invetigazzjonijiet u l-każijiet ġodda ma jonqsu qatt, u l-ispettur Matthew flimkien mas-surġent Chloe u l-ispettur Cachia, jibqgħu jaħdmu bla qies biex jipprova kemm jista’ jkun jagħlqu kemm jifilħu minnhom.

Division 7 għandu produzzjoni ta’ DBA Entertainment u jixxandar fuq l-istazzjon One fid-9.05pm.