Diving għall-persuni b’diżabilita’

‘Ilmijiet kalmi’ huwa proġett iffinanzjat mill-fonti tal-Unjoni Ewropea, qed jitmexxa minn grupp ta’ membri żgħażagħ tal- Emergency Response and Rescue Corps (ERRC).

Il-proġett se jagħti l-opportunità lil numru ta’ żgħażagħ b'diżabbiltà jattendu għal sessjonijiet ta’ scuba diving personalizzat bil-għan li jissaħħu permezz ta' din l-attivitajiet sportiva.

L-inizjattiva qed tiġi ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-Programm Youth in Action immexxija mill-Aġenzija Programmi Unjoni Ewropea (EUPA). Dan il-proġett sar possibbli grazzi għall-għajnuna teknika pprovduta mill-Malta, EU Steering and Action Committee (MEUSAC) li għen lill-Emergency Response and Rescue Corps matul lippjanar u d-disinn tal-proġett.