Diversi vittmi, mijiet midruba f’attakk mit-Taliban fl-Afganistan

Attakk terroristiku mit-Taliban f’Kabul, fl-Afganistan, ħalla mill-inqas 7 mejta u 330 midruba.
Xi rapporti qed jgħidu li l-mejta huma saħanistra 25.
L-attakk seħħ minn militant-suwiċida b’karozza-bomba fit-traffiku ta’ filgħodu qrib bini tal-Gvern li minnu tiġi kkordinata s-sigurtà u s-servizzi tal-intelligence.
Dan hu l-agħar attakk li seħħ fl-Afganistan fi kważi sena.