Aġġornata: Ġermaniżi l-iktar vittmi tal-isplużjoni f’Istanbul minn suwiċida Sirjan

Aġġornata fl-4.30pm:
Disgħa mill-għaxar vittmi tal-isplużjoni f’Istanbul fit-Turkija huma turisti Ġermaniżi, l-istess kif huma iktar minn nofs dawk midruba li jinkludu wkoll turist Norveġiż u Peruvjan.
Tnejn mill-15 midruba jinsabu f’qagħda gravi.
L-awtoritajiet uffiċjali kkonfermaw li l-attakk seħħ minn persuna suwiċida, u li ddeskrivew bħala Sirjan ta’ 28 sena li sploda l-bomba għall-ħabta tal-10.20am.
Skont il-Gvern Tork, jidher li l-attakk seħħ minn persuna qrib l-Istat Iżlamiku li madankollu s’issa għadu ma ħa ebda responsabiltà. 
Iktar kmieni:
Huma diversi l-vittmi ta’ splużjoni f’żona turistika fil-kapitali tat-Turkija.
Mill-inqas 10 persuni tilfu ħajjithom u diversi oħra ndarbu meta kien hemm splużjoni f’ċentru storiku ta’ Istanbul, qrib il-Moskea l-Blu.
Xi rapporti qed jgħidu li l-isplużjoni seħħet wara attakk suwiċida imma dan għadu jrid jiġi kkonfermat.
L-inħawi ngħalqu għall-pubbliku, b’diversi jittieħdu l-isptar għall-kura.