Diversi toroq imwaħħlin bit-traffiku

toroq traffiku

Diversi nies ilmentaw ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku iktar kmieni dalgħodu, fosthom fin-Nofsinhar ta’ Malta n-naħat ta’ Fgura, Raħal Ġdid u l-Marsa. It-traffiku nġemma wkoll f’Santa Venera viċin l-Isptar St Philip’s. Ħafna kien dawk li damu biex waslu lejn xogħolhom hekk kif ħafna żoni kienu kompletament wiefqa. Hekk qabel ma tibda l-iskola għaddej diversi xogħol fuq diversi toroq li qed jikkawżaw diversi diverżjonijiet u traffiku fid-diversi rħula u bliet madwar Malta.

Malta Road Traffic Updates infurmat fuq Facebook biex in-nies jevitaw jgħaddu miż-żona tal-Imsida lejn il-Belt u Sa Maison hekk kif it-traffiku fit-Triq Marina kienet ukoll imweħla għal diversi ħin dalgħodu.

Inti dalgħodu weħilt traffiku? Jekk iva, ibgħatilna ritratt (mhux waqt li qed issuq) jew ikkummenta!