Diversi timijiet interessati f’Patrik Schick

Wara li fil-bidu ta’ dan is-sajf kollox kien jidher li l-internazzjonali żagħżugħ Ċek ta’ Sampdoria Patrik Schick kien lest għal ma’ Juventus, it-test mediku rriżulta li ma kienx dak li xtaqu d-diriġenti Bianconeri.
Madankollu Schick ser jerġa’ joqgħod għal testijiet ġodda fejn huwa jinsab pożittiv li din id-darba kollox se jmur kif suppost.
Sadanittant Inter offrew lil Sampdoria is-somma ta’ €30.5 miljun għall-akkwist ta’ dan il-plejer.
Għalkemm Juventus jibqgħu hemm, magħhom ingħaqdu wkoll Roma kif ukoll Monaco li qed jaraw liċ-Ċek bħala s-sostitut denju ta’ Mbappe li jinsab ferm viċin biex jingħaqad ma’ PSG.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.