Diversi timijiet Ingliżi wara Asensio

L-attakkant żagħżugħ ta’ Real Madrid Marco Asensio kiser il-qlub ta’ timijiet illi kienu qed jiġru wara l-firma tiegħu fosthom Manchester United u Chelsea meta ddikjara fuq is-sit tal-klabb illi hu jixtieq jibqa’ mal-Merengues għaż-żmien illi ġej.
Xi xnigħat bdew jiġru illi dan il-plejer ta’ 22 sena kien ser jitlaq lit-tim mill-kapitali Spanjola minħabba li ma kienx qed isib postu fl-ewwel ħdax.
Minkejja kollox Asensio għandu f’moħħu li jkompli jżid mal-erba’ snin illi diġà għamel mal-klabb fejn minn 45 partita skorja 9 gowls.