Diversi sewwieqa mwaqqfa mill-Pulizija

Diversi sewwieqa kienu mwaqqfa mill-Pulizija minħabba li ma kienux liebsa ċ-ċinturin tas-sigurtà, saqu b’mod irresponsabbli jew ma kienux qed jużaw id-dwal kif suppost.
Sewwieqa oħra twaqqfu wara li kienu qed isuqu filwaqt li jużaw il-mowbajl jew minħabba li kellhom il-windscreen tinted.
Il-Pulizija qalet ukoll li nstabu diversi vetturi li ma kellhomx liċenzja u assigurazzjoni skont il-liġi filwaqt li vetturi oħra twaqqfu għax ma kienux fi stat tajjeb ta’ tiswija.

Ritratt: The Malta Police Force