Persuna mejta u 7 midruba wara li qalgħu daqqiet ta’ sikkina f’Birmingham

Aġġornat 07:35 PM
New York Times

Read in English.

Persuna tilfet ħajjitha u seba’ persuni oħra jinsabu midrubin wara li l-lejl li għadda raġel beda jattakka lin-nies b’sikkina fiċ-ċentru ta’ Birmingham. Il-Pulizija Ingliża għadha qiegħda tfittex lir-raġel.

Intalbet l-assistenza tal-Pulizija għall-ħabta tan-12.30am. Jidher li r-raġel dam idur f’Birmingham jattakka lil nies madwar sagħtejn.

Il-Pulizija qalet li l-każ ma jidhirx li kien marbut mat-terroriżmu jew ma’ xi klikek kriminali.

Raġel wieħed miet, raġel u mara oħra jinsabu f’qagħda kritika filwaqt li persuni oħra sofrew xi ġrieħi ħfief.

Il-BBC qed jirrapporta li persuna li taħdem fiż-żona qalet li kienet xena surreali.