Aġġornata: Diversi persuni midruba wara inċident serju f’Londra

Diversi persuni weġġgħu wara li karozza saqet fuq bankina f’Londra.
L-inċident seħħ viċin il-Mużew Naturali tal-Istorja għall-ħabta tat-3pm fejn karozza ħabtet u baqgħet dieħla fuq folla nies li f’bankina.
Skont il-midja internazzjonali ħadd ma weġġa’ serjament.
Madanakollu x-xufier tal-karozza qed jinżamm arrestat.
Il-Pulizija qalet li qed tinvestiga l-każ biex tistabilixxi ċ-ċirkustanzi u l-mottiv wara din il-ħabta.
Nies fuq il-post qalu li pulizija ta’ kontra t-terroriżmu marru immedjatament fuq il-post, pero mhux konfermat jekk dan kien attakk jew sempliċiment inċident.
Kelliem għal Downing Street ikkonferma li l-Prim Ministru Ingliż Theresa May qed tinżamm aġġornata u li qed issegwi l-każ bir-reqqa.
Sadanittant is-Sindku ta' Londra Sadiq Khan kiteb fuq twitter li d-dettalji dwar dan il-każ għadhom qed jinħarġu u li jinsab f'kuntatt dirett mal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Metropolitana li hu l-kap tal-Pulizija Ingliża ta' kontra t-terroriżmu.
Il-Pulizija appellaw biex il-pubbliku jevita l-akwati fejn seħħ l-inċident.