Ħabta bejn żewġ karozzi; jitlef ħajtu anzjan

Aġġornat 12:53 PM

Read in English.

Raġel tilef ħajtu wara ħabta bejn żewġ vetturi. Mara li kienet passiġġiera miegħu tinsab fil-periklu tal-mewt.

Skont stqarrija mingħand il-Pulizija, ir-raġel ta’ 73 sena u l-mara ta’ 74 sena kienu involuti f’ħabta fi Triq Ħad Dingli, ir-Rabat. Is-sewwieq l-ieħor kien raġel ta’ 48 sena residenti Ħad-Dingli. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu.

Il-Pulizija, tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issejjħu fuq il-post. Ir-raġel ta’ 48 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.