Diversi miżuri tajbin; nuqqas ta’ miżuri għall-istudenti Għawdxin – GUG

Il-Gozo University Group (GUG) l-għaqda li tirrapreżenta lill-istudenti Għawdxin qalet li fil-Baġit li ġie ppreżentat it-Tnejn li għadda l-Gvern semma diversi miżuri tajbin li se jolqtu lill-Għawdxin u l-istudenti.

Il-proposti tajbin li semmew huma:
  • Is-servizz tal-Fast Ferry bejn Malta u Għawdex
  • Ir-raba’ vapur li huwa skedat li jkun permanenti
  • L-iskema tal-vawċers
  • Aċċess għal sena ta’ internet b’xejn għall-istudenti kollha li jkompli l-istudji tagħhom
  • Żieda fl-istupendji pro-rata
  • Xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni fit-toroq Għawdxin
  • Il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex
  • Kumpless sportiv ġdid għall-Università ta ’Malta u aktar faċilitajiet fl-MCAST
  • It-trasformazzjoni ta’ Villa Lauri f’akkmodazzjoni għall-istudenti
  • Xogħlijiet fuq iċ-Ċentru Akkwatiku ta’ Għawdex
  • Opportunitajiet ġodda fosthom il-hub tal-innovazzjoni fix-Xewkija.
  • Skemi oħra li se jibbenefikaw minnhom l-Għawdxin
  • L-inċentivi mwiegħda fis-settur agrikolu u tas-sajd

Il-GUG madankollu qalu li jinsabu diżappuntati li ma ssemmgħu l-ebda proposti li għandhom x’jaqsmu mal-istudenti fosthom li biex l-istudenti jirċievu l-istipendju ma jistgħux jaħdmu aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa. Żiedu li ma kien hemm l-ebda inċentiv biex tgħin lill-istudenti Għawdxin fl-ivjaġġar tagħhom lejn Malta ta’ kuljum bl-għan li jiffaċilitaw l-istudji tagħhom f’Malta.