​Diversi klabbs Ingliżi interessati f’Carrasco

Skont il-ġurnal influwenti Spanjol AS, diversi klabbs mill-Premier League Ingliż xeħtu għajnejhom fuq il-winger ta’ Atletico Madrid Yannick Carrasco.
Dan kollu ġara fid-dawl illi l-kowċ Diego Simeone ta l-approvazzjoni tiegħu sabiex dan il-plejer Belġjan ta’ 24 sena jiġi mitfugħ mal-lista għall-bejgħ għas-suq tat-trasferimenti li jmiss.
Kemm Manchester United kif ukoll Chelsea jinsabu interessati fih għalkemm iridu joħorġu mill-but madwar £86 million bħala klawsola sabiex jiġi rilaxxjat dan il-plejer.
Min-naħa l-oħra anke Nicolas Gaitan u Luciano Vietto ser jitilqu lill-klabb Madrilen wara li naqsu li jimpressjonaw lil Simeone.