Diva tal-Opera mill-Metropolitan tasal Malta

Ilbieraħ waslu Malta l-artisti internazzjonali li llum se jdoqqu fil-ftuħ tal-Festival Internazzjonali tal-Orgni.
Id-Diva tal-lirika Olga Makarina mill-Metropolitan Opera ta’ New York se tkun qiegħda tpaxxi lill-pubbliku bil-vuċi tagħha f’kunċert fil-Katidral Anglikan tal-Belt Valletta. Hi se tkun akkumpanjata mill-organist tal-Vatikan Gianluca Libertucci.
Flimkien magħha se jkun qiegħed ikanta wkoll il-baritonu Malti Joseph Lia u trumbettista Taljan Gianpeiro Cristaldi.
Fil-kunċert, li se jibda fis-7.30 ta’ flgħaxija, se tkun esegwita mużika għall-orgni, trumpet u viċi tal-kompożituri Purcell, Scarlatti, Bach, Handel u Mendelsson, flimkien ukoll ma’ mużika mill-Kardinal Bartolucci, li kien serva għal 40 sena bħala direttur tal-Kappella Sistina.