Nofs miljun f’5 snin għal ditta ta’ MP Laburista

Id-ditta legali tad-Deputat Laburista Robert Abela u l-mara tiegħu Lydia Abela, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Partit Laburista tħallset man-nofs miljun ewro, mingħand organizzazzjonijiet tal-Gvern. Il-flus tħallsu matul dawn l-aħħar ħames snin.
Tħallset €110,000 għal servizzi legali lill-Gvern, partikolarment l-Awtorità tal-Ippjanar.
Abela Advocates offriet dawn is-servizzi legali anke lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena.
Id-ditta legali tħallset ukoll €168,598 għal servizzi legali lill-Gvern fl-2016; €110,543 fl-2015 u €88,520 fl-2014.
It-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru Ian Borg għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.