Distanza soċjali u maskri mhux quddiem is-Sixth Form ta’ Għawdex biss imma anke quddiem id-Dar Ċentrali – Camilleri

Pn dar ċentrali & gozo sixth form

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li hu dejjem jagħti l-pariri li kulħadd iżomm mal-pariri tas-saħħa billi jżommu d-distanza soċjali u jilbsu l-maskri. Qal li dan għandu jsir mhux biss quddiem is-Sixth Form ta’ Għawdex u fuq il-vapur tal-Gozo Channel, “imma anke quddiem id-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà fejn dan l-aħħar bdew jinġabru in-nies”.

Camilleri kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet supplimentari tad-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone li kien qed jirreferi għal ritratt ippubblikat fuq Newsbook.com.mt li juri massa ta’ żgħażagħ miġbura quddiem l-skola Sir M.A. Refalo fir-Rabat f’Għawdex fejn kienu qed jattendu għall-ewwel ġurnata tas-6th Form.

F’dan ir-ritratt jidhru żgħażagħ li la kienu lebsin maskri u mir-ritratt jidhru li lanqas ma osservaw il-miżuri soċjali. Schiavone staqsa lill-Ministru xi provedimenti kien qed jieħu biex dan ma jerġax iseħħ.