“Dispjaċuti li l-Kummissarju rreżenja” – POU

Il-Police Officers Union laqgħet ir-riżenja tal-Kummissarju Lawrence Cutajar b’dispjaċir.

Dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Kummissarju ta r-riżenja tiegħu u l-Gvern laqagħha.

L-unjin qalet li fil-Kummissarju Cutajar “sibna Kap li kellu komuni magħna l-interess tal-ħaddiema fil-Korp u fit-titjib tal-kundizzjonijiet tagħhom, partikolarment dawk tal-iżgħar gradi fil-Korp.” Kompliet tgħid li taħt it-tmexxija tiegħu seħħew riformi importanti u li ħa jħalli warajh Korp aħjar u iżjed modernizzat.

Huma rringrazzjawh tas-servizz tiegħu u awgurawlu għall-futur, filwaqt li awguraw ukoll lill-Aġent Kummsisarju Carmelo Magri.

Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qal li r-riżenja ġiet sentejn tard, peress li hu kien ilu aktar minn sentejn jitlob din ir-riżenja.