Filmat: “Diskussjonijiet li ħallew il-frott” – PM fi Brussell

Il-Prim Ministru Joseph Muscat it-Tlieta kellu laqgħat informali fi Brussell mal-mexxejja Ewropej u flimkien tkellmu dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-futur tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll dwar il-proċess tan-nominazzjonijiet għall-kapijiet tal-istituzzjonijiet tal-Ewropa.

Il-Prim Ministru qal li dawn id-diskussjonijiet ħallew il-frott u kienu bilanċjati. Kompla li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu deċiżjonijiet dwar id-diversità u l-viżjoni tal-Unjoni biex tgħaqqad partijiet differenti.

Filmati: Unjoni Ewropea 2019
Muntaġġ: Beppe Galea