Diskussjoni t’Għarfien Dwar il-Marda tal-Kancer tas-Sider f’Hal Qormi

Ix-xahar t'Ottubru huwa sinonimu mal-marda tal-kanċer tas-sider. Għat-tielet sena konsekuttiva l-Kummissjoni Nisa Qalbisti fi ħdan is-Socjetá Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan qed jorganizzaw diskussjoni edukattiva dwar il-marda tal-kanċer tas-sider.
Minkejja li l-għan tas-soċjeta huwa wieħed ta' tagħlim tal-mużika, il-kumitat jinkoraġixxi attivitajiet ta' din ix-xorta li joħolqu għarfien dwar il-marda tal-kanċer tas-sider. Din id-diskussjoni tinkludi fiha informazzjoni dwar kif wieħed jista' jinduna kmieni b'din il-marda minn radiographer li taħdem b'mod dirett ma' pazjenti li għaddejin minn din is-sitwazzjoni. Barra minn hekk, ser jiġi trattat is-suġett ta' kif din il-marda tolqot lill-pazjent u l-familjari. Il-panel jinkludi wkoll pazjenti li rnexxielhom isalvaw b'suċċess minn din il-marda kif ukoll pazjenti li għadhom għaddejjin mit-trattament. Din id-diskussjoni qed tittella bil-għan li jinġabru fondi b'risq l-Action for Breast Cancer Malta li taħdem ma' pazjenti li għaddejjin minn din il-marda. 
Din id-diskussjoni ser tittella' għada l-Ġimgha 27 t'Ottubru 2017 fis-7.30pm l'quddiem. Wara ser jitqassmu rigali għall-parteċipanti, kollha kif ukoll ser ikun hemm divertiment minn Gaia Cauchi u Sebastian Calleja. Kulħadd mistieden filwaqt li d-dħul huwa b'xejn.