Diskussi r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Mozambique

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella iltaqa’ mal-Ministru tal-Mozambique Oldemiro Baloi.
Huma tkellmu dwar it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi u l-interess ta’ Malta li tikber il-koperazzjoni fl-oqsma tal-kummerċ u l-edukazzjoni terzjarja.
Il-Ministru Vella tkellem dwar ir-riżultati pożittivi ta’ Malta fis-setturi tas-servizzi u tal-loġistika.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Mozambique faħħar lill-Gvern Malti għall-mod kif fi ftit ġranet minn xulxin qed jiġu organizzati l-Valletta Summit dwar l-immigrazzjoni u ċ-CHOGM.
Qal li Malta tinsab fil-mappa dinjija bħal post prominenti fejn jiltaqgħu popli differenti.