Diskussi l-isfidi ambjentali tal-Presidenza ta’ Malta tal-UE

L-isfidi tal-Presidenza Ewropea kemm ambjentali kif ukoll mal-klima ġew diskussi mill-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat waqt laqgħat fi Brussell.
Il-Ministru Brincat qal li l-prijoritajiet tal-Presidenza ta’ Malta huma l-Mediterran, il-marittimu u l-Immigrazzjoni.
Leo Brincat iltaqa’ ma’ għadd ta’ Deputati Parlamentari Ewropej u attenda għall-preżentazzjoni tal-programm tal-Presidenza Olandiża Ambjentali u tal-Klima quddiem il-Kumitat tal-Parlament Ewropew tal-Ambjent.
Il-Ministru Olandiża għall-Ambjent faħħret il-mod eċċellenti li bih it-trio tal-Presidenza tal-Unjoni qed jaħdem fil-qasam ambjentali.