Diskussa l-possibilità ta’ referendum ieħor dwar Brexit

Il-possibilità li jkun hemm it-tieni referendum dwar il-Brexit ġie diskuss mill-Kap ta’ Delegazzjoni u l-Ewroparlamentari f’isem il-Partit Laburista Alfred Sant u l-Ministru Ingliż Brandon Lewis. Fost affarijiet oħra, Sant u Lewis iddiskutew l-possibilità li jintlaħaq qbil bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea waqt il-Kunsill Straordinarju Ewropew li se jsir f’Novembru.

Fi stqarrija Sant li ġie diskuss ukoll l-impatt tal-Brexit fuq swieq kapitali u drittijiet kemm taċ-ċittadini Ingliżi fl-Ewropa kif ukoll dawk taċ-ċittadini Ewropej fir-Renju Unit.

Huma ddiskutew ukoll ix-xenarji possibli li jistgħu jiġru waqt in-negozjati tal-Brexit bejn l-UE u r-Renju Unit.

Sant se jkun qed jindirizza konferenza f’Malta dwar l-impatt ta’ Brexit.