Diskuss ir-rwol ta’ Malta fl-Unjoni tal-Mediterran

Fathallah Sijilmassi, is-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni tal-Mediterran iltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella.

Matul din il-laqgħa ġiet diskussa l-kontribuzzjoni li Malta tista’ tkompli tagħti lil din l-organiżazzjoni li fiha hemm 43 pajjiż membru miż-żona Ewro-Mediterranja.

Sijilmassi issuġġerixxa li s-sitwazzjoni politika fil-reġjun fil-perspettiva tar-Rebbiegħa Għarbija u l-kriżi ekonomika internazzjonali qed titlob approċċ differenti fil-mod kif l-Unjoni tista’ tkun aktar viżibbli u tkun ta’ benefiċċju għall-popli fir-reġjun Ewro-Mediterranju.

Huwa saħaq fuq l-importanza tas-sitt proġetti li fil-preżent qed tħaddan din l-organżazzjoni.

Il-Ministru George Vella qal li Malta minn dejjem ħadmet favur il-politika Mediterranja.

Huwa qal ukoll li Malta dejjem tat l-importanza xierqa lill-Unjoni tal-Mediterran.

Il-Ministru Vella qal li d-djalogu bħall-5+5 huma suċċess u jippromwovu is-sigurta’ u l-koperazzjoni fir-reġjun.

George Vella qal ukoll li l-Malta Summit Declaration taħdem biex tissaħħa is-sinerġija bejn l-organiżazzjonijiet inter-reġjonali biex jissaħħaħ id-djalogu u l-kollaborazzjoni.

Fil-jiem li ġejjin se jsir Business Forum f’Barċellona fi Spanja fejn l-Unjoni tal-Mediterran se tiġbor l-istakeholder kollha biex tippromwovi private-public partnerships sabiex tippromwovi u timplimenta proġetti ġodda ta’ żvilupp u investiment, li joħolqu aktar impjiegi u inizjattivi fin-nofsinhar tal-Mediterran. 

 

Ritratti: Reuben Piscopo