Diskors minn professur li kellu jsir qassis bil-moħbi

Mons. Prof. Tomáš Halík li kellu jsir qassis bil-moħbi fl-1978 se jkun qed jagħti diskors fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana fis-6 ta’ Novembru.

Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li Mons. Prof. Tomáš Halík se jkun qed jitkellem dwar it-tema ‘Il-Qari tas-Sinjali ta’ Kultura Sekulari’. Il-qassis twieled fi Praga fl-1948 u huwa professur tas-soċjoloġija tar-reliġjon. Fl-1972, il-Gvern komunista qal li kien għadu tal-istat u ma tħalliex jgħallem fl-Università. Kellu jiġi ordnat bħala qassis bil-moħbi u fetaħ Università u Knisja fil-moħbi wkoll.

Id-diskors se jkun miftuħ għall-pubbliku u jibda fis-7 pm. Se jkun parti mill-lecture annwali dwar id-dixxerniment.