Disinn ta’ studenta se jiġi riprodott fuq munita

L-istudenta Sarah Louise Cilia hi r-rebbieħa, minn fost 168 student tas-sekondarja, ta’ kompetizzjoni għal disinn ta’ munita li l-Bank Ċentrali ta’ Malta se joħroġ b’risq il-Malta Community Chest Fund.
L-inizjattiva, “Mit-Tfal b’Solidarjetà”, ta opportunità lit-tfal biex jesprimu lilhom infushom fuq diversi temi waqt li jsiru iktar konxji ta’ membri inqas ixxurtjati fis-soċjetà.
Il-Bank Ċentrali se jkun qed joħroġ munita kommemorattiva ta’ €2, li se tkun għall-bejgħ iktar tard din is-sena bil-flus imorru għall-Malta Community Chest Fund.
Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, irringrazzjat lill-Bank Ċentrali għal din l-inizjattiva u li rabatha mat-tema tal-Imħabba. Sostniet li t-tfal jistgħu jkunu ta’ eżempju għall-adulti waqt li appellatilhom biex ifakkru lill-kbar dwar l-importanza tal-imħabba anke jekk dak li jkun ikollu opinjoni differenti. 
Ritratt: DOI – Charles Zammit