Disa’ xhur priġunerija wara li nstab ħati li weġġa’ raġel b’senter

Raġel ta’ 54 sena minn Ħal Qormi ingħata s-sentenza ta’ disa’ xhur priġunerija wara li nstab ħati li weġġa’ serjament raġel ieħor.
Il-każ seħħ fil-11 ta’ Ottubru tal-2011 meta l-akkużat sawwat lir-raġel b’senter.
Fil-Qorti ntqal li mart ir-raġel li ndarab kien qalet li l-akkużat kien issikka l-karozza mal-bieb tal-garaxx u kważi sfurzaha tidħol fil-karozza miegħu.
Inqtal li kienu se jagħmlu rapport lill-Pulizija iżda l-għada r-raġel iltaqa’ mal-akkużat u meta qallu biex iħallihom fil-paċi, l-akkużat ħareġ is-senter mill-karozza u ħebb għalih.
Ir-raġel spiċċa bi ksur f’idu u imnieħru u feriti oħra f’wiċċu.