Disa’ xhur ħabs wara li xtraw vettura bi flus foloz

Żewġt irġiel mill-Kamerun ingħataw disa’ xhur priġunerija kull wieħed wara li ammettew li ffrodaw raġel billi tawh flus foloz bi tpartit għall-vettura.
L-irġiel ta’ 37 u 40 sena ammettew li wettqu dan ir-reat fis-7 ta’ Settembru li għadda.
Jidher li r-raġel li ngħata l-flus kien mitlub imur fl-inħawi ta’ Qui-Si-Sana f’Tas-Sliema fejn anke kien spjegat il-metodu ta’ kif il-flus jinħaslu minn żebgħa sewda.
Jidher li l-Pulizija wettqet tfittxija fil-kamra tal-lukanda f’Tas-Sliema fejn kien hemm iż-żewġt irġiel u sabet il-flus foloz jiġu ippreparati.