Disa’ snin ħabs u multa wara li stupra mara f’Paceville

Raġel ta' 34 sena mill-Guinea li fl-2014 wettaq stupru fuq tfajla fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan weħel sentenza ta' disa' snin ħabs u multa ta' €11,000.
Seykou Ballde kien inqabad mill-Pulizija f'Diċembru 2014 u waqt li kien fl-għassa ta' San Ġiljan kien irnexxielu jaħrab mill-kustodja tal-Pulizija.
It-tfittxija għalih kienet damet għaddejja tlett ijiem meta mbagħad kien instab f'Buġibba.
Fost l-akkużi miġjuba kontrieh, l-imputat kien akkużat bi stupru, b'attakk fuq uffiċċjali tal-Pulizija, li ħarab mill-kustodja tal-Pulizija waqt arrest u li kien reċidiv.