Disa’ persuni feruti wara attakk f’Tel Aviv

Disa’ persuni sfaw feruti wara li raġel Palestinjan wettaq attakk terroristiku f’karozza tal-linja f’Tel Aviv f’Iżrael.
Kelliem għall-Pulizija Iżraeljana sostna li r-raġel daħal fil-karozza tal-linja u beda jagħti daqqiet ta’ sikkina lin-nies.
Qal li ħamsa mill-persuni feruti jinsabu fil-periklu tal-mewt.
Ir-raġel li huwa minn Tulkarm ġie arrestat aktar mill-Pulizija filwaqt li qed issir ronda biex jiġu individwati persuni li setgħu kienu kompliċi.
Il-midja Iżraeljana qed tirrapporta li l-Ħamas f’Gaza ddeskrivew dan l-attakk bħala kuraġġuż u lir-raġel bħala eroj.