Disa’ modi kif tonqos mingħajr ma tagħmel dieta

Ħafna nies jibdew dieta, imma ftit huma dawk li jispiċċawha.
L-istatistika turi li huma biss 1 minn kull 10 persuni li jagħmlu suċċess mid-dieta tagħhom.  
Imma hemm bżonn tagħmel dieta biex tonqos?
Ix-xjenza tagħti disa’ modi  kif wieħed jista jonqos mingħajr ma jagħmel dieta.
 Fosthom insibu li:

  • tixrob l-ilma regolarment. Jekk l-ilma ma jogħġbokx, tista’ żżidlu xi frotta taċ-ċitru. Dan għaliex huwa faċli li wieħed iħawwad is-sensazzjoni tal-għatx ma’ dik tal-ġuħ, u jispiċċa jiekol biex jissodisfa l-għatx.
  • huwa importanti wkoll li wieħed, jixrob x’ jixrob, ma jikkunsmax sweetners artifiċjali, u li jagħmel mill-aħjar li jista’ biex jorqod minn tal-anqas sebgħa jew tmien sigħat kull filgħaxija.
  • drawwa li wieħed għandu jadotta biex jonqos hi li jieħu l-ħin tiegħu biex jiekol il-fatra u l-kolazzjon. Riċerka riċenti mill-Mayo Clinic sabet li dawk li ma jeħdux fatra, iżidu madwar 3 kg f’sena iktar minn dawk li ma jaqbżuhx.
  • li tiekol xi ħaġa tajba għas-saħħa, bejn l-ikliet il-kbar tal-ġurnata, tgħin biex wieħed ma jkollux ħafna ġuħ sa ma jasal biex jiekol f’nofsinhar jew filgħaxija. B’hekk, dak li jkun, ikun jista’ jagħmel deċiżjonijiet iktar għaqlin meta jagħżel x’se jiekol.
  • mhix idea ħażina li wieħed iqatta’ l-ħaxix u jipprepara l-ikel qabel ma jaqbdu l-ġuħ. Din tiffaċilita li wieħed jgħid le għall-ikel ipproċessat.
  • kul iktar lewż bejn ikla u oħra, u ħu iktar frott.
  • kul iktar ikel li jimla, bħall-quinoa u r-ross

Id-dieta (u l-ikla) it-tajba!