Disa’ lokalitajiet b’attivitajiet f’April u f’Mejju

Disa’ lokalitajiet se jorganizzaw attività kulturali f’dawn ix-xahrejn.
Minkejja dan il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ħabbar li l-festival tal-arti mhux se jsir minħabba li l-flus mill-fond għall-attivitajiet kulturali ma waslux fil-ħin.
F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo ħabbar li l-iskema kulturali ta’ €750,000 ġiet imtejba sabiex il-programm tal-attivitajiet kulturali jitfassal fuq medda ta’ tliet snin u mhux sena sena.
Waqt it-tnedija tal-10 edizzjoni tal-fond għall-attivitajiet kulturali fil-lokalitajiet, Buontempo spjega li bejn id-29 u 30 t’April se jsir l-Imdina Medieval Festival filwaqt li fid-29 ta’ April se jsir il-festival tan-nar tal-art u fit-30 t’April ukoll se jsir The Wignacourt Tower Festival.
F’Mejju se jsiru l-attivitajiet: Ħidma Agrarja u Tradizzjonijiet, Irkottafest, Open Day and Music Festival, Festa Lapsi, Festival Agrarju tal-Patata u Lapsi fix-Xgħajra.
Ritratt: DOI: Pierre Sammut