Disa’ każi ta’ doping fl-2015

Disa’ atleti nstabu li abbużaw minn sustanzi projbiti waqt li żewġ atleti evadew testijiet matul l-2015.
Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.  
Fl-2015 min-National Anti-Doping Organization (NADO) għamlet 72 test tad-doping fuq atleti Maltin, li minnhom 61 saru waqt kompetizzjonijiet waqt li 11-il test saru fuq atleti barra kompetizzjoni.
Disa’ atleti nstabu li abbużaw minn sustanzi projbiti. Dawn kienu jinkludu seba’ qaddiefa tar-Regatta, u każ kull wieħed mill-futsal u mill-Boxing. Il-każ tal-Boxing u ħamsa mir-Regatta se jinstemgħu dalwaqt quddiem il-Bord tad-Dixxiplina. Iż-żewġ evażjonijiet kienu mill-Futsal u mill-Atletika.