Disa’ arrestati f’Paceville

Matul il-lejl li għadda f'Paceville ġew arrestati disa' persuni mill-Iskwadra tad-Droga tal-Pulizija.
Il-persuni, li għandhom bejn is-17 u t-38 sena, ġew arrestati wara li nstab li kellhom id-droga kokaina,mephedrome u ekstasi. 
Dawn l-arresti saru f'sensiela ta' tfittxijiet li għamlet l-Iskwadra f'Paceville. 

Ritratt: Malta Police Force