Dirjana tipprova tiġbed is-simpatija lejha

Tkompli s-sensiela Manwela bis-sitt puntata mill-ewwel staġun li qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-5.15pm fuq Melita More, Cable Channel 315.

Illum naraw Dirjana x’qalet meta saret taf li Jennifer kienet sejra taħdem ma’ wieħed sinjur flok baqgħet bħala ‘chambermaid’ fil-lukanda? Paul x’qalilha lil Norma? Ma’ min se jiltaqa’ Noah u għaliex kellu jħassar l-appuntament tiegħu li kellu mal-familja? Michael għaliex irrabja ħafna?

X’għamel Claude meta Simone marret id-dar tiegħu? Ralph għaliex ċempel lil Claude? Xi skopra dwar Jennifer u l-familja tagħha? Min ċempel mill-isptar u għaliex? Manwela semgħet lil nannietha titkellem fuq il-wirt ma’ Shaun… x’riedet tagħmel? Dirjana tagħmel xi ħaġa biex tiġbed is-simpatija lejha… x’ġara u x’għamlet Jennifer? Claude x’mar jagħmel għand Paul Said Conti?

Manwela għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.