Dirjana għalfejn hi mimlija rabja?

Rina Camilleri f'Manwela

Fit-tieni episodju mis-sensiela Manwela li tixxandar illum fil-5.15pm fuq Melita More, Cable Channel 315, niskopru min wassal lil Jennifer id-dar tagħha. Manwela x’opinjoni għandha tal-bużnanna tagħha? X’qalilha Claude lil Simone dwar il-labra li kienet sabet nieqsa mill-kamra tas-sodda tagħha? Lil min ċempel Claude biex ikun jaf min ipprova jtajjar lil Jennifer?

Manwela għalfejn ċemplet lil Shaun u x’tatha Dirjana? Niltaqgħu mas-sur Briffa. X’ried mingħand Jennifer u għaliex heddidha? Paul jgħin lil Manwela taqta’ x-xewqa li kellha. Kif? Iżda Dirjana tinsab irrabjata ħafna ma’ Manwela meta ssir taf x’għamlet. X’se tgħidilha u fiex tidħol ommha?

Shaun imur għand Dirjana. X’se tgħidlu u għaliex hu ma jaqbilx magħha meta turih ix-xewqa li tbiddel it-testment? Xi ħadd iċempel lil Jennifer anoninament. X’se jgħidilha?

Manwela għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.