“Diretturi minflok Assistent Segretarju Ġenerali” – Alex Perici Calascione

Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calscione qal li biex il-partit jissaħħaħ, qed jipproponi li jinħatru diretturi minflok il-kariga ta’ Assistent Segretarju Ġenerali.
Alex Perici Calascione qal li żgur jeħtieġ li jinħatru 5 diretturi: Direttur Informazzjoni, Direttur ELCOM, Direttur Kunsilli Lokali, Direttur Kumitati Sezzjonali u Direttur Loġistika u Attivitajiet.
Qal li s-Segretarju Ġenerali għandu jkun fiċ-ċentru tal-ħidma politika kollha tal-partit.
Il-kandidat għal Kap tal-PN spjega li mal-ħames diretturi ġodda jistgħu jiżdiedu diretturi oħra skont il-ħtieġa, bhal Campaign Manager, biex flimkien ifasslu u jikkordinaw il-ħidma politika kollha tal-Partit.