Direttur tal-Komunikazzjoni ġdid għall-Partit Laburista

Read in English.

Il-Partit Laburista ħabbar li għandu Direttur tal-Komunikazzjoni ġdid, li huwa Ronald Vassallo.

Vassallo għandu 23 sena u huwa kwalifikat b’Maġisteru fil-Politika, Liġi u Ekonomija Ewropea. Huwa se jkun qed jokkupa din il-kariga wara li fl-aħħar sena u nofs serva bħala Kordinatur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista.

Il-Partit Laburista rringrazzja lil Aleander Balzan għall-ħidma tiegħu fil-kariga ta’ Direttur tal-Komunikazzjoni fl-aħħar snin.