Direttur tal-funerali xaħħam carer għal informazzjoni dwar pazjent mejjet

Direttur tal-funerali ngħata sentenza għal sena ħabs sospiża u interdizzjoni ġenerali wara li kien ikkundannat li xaħħam carer fl-isptar biex tagħtih aktar tagħrif dwar pazjent li kien miet.

Mario Lia nstab ħati li xaħħam carer mill-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo biex tagħtih id-dettalji ta’ wieħed mill-pazjenti li kien miet Dan għamlu biex ikun jista’ jagħmel kuntatt mall-familja tiegħu dwar l-organizazzjoni tal-funeral.

Il-Qorti qalet li l-każ kien jikkostitwixxi ksur tal-privatezza u ksur tal-liġijiet tal-protezzjoni tad-dejta.

Il-Pulizija bdiet tinvestiga l-każ wara li daħal ilment lill-amministrazzjoni tal-Isptar Mater Dei minn raġel li qal li żewġ diretturi tal-funerali saru jafu qablu li missieru kien miet.

Il-każ seħħ lura fl-2018.