Direttur ta’ kumpanija akkużat bi frodi

Ingħatat sentenza sospiża lil direttur ta' kumpanija akkużat bi frodi.
Benjamin Zammit Tabone, ta' 43 sena minn Tas-Sliema, ammetta li ffroda erba' individwi, fosthom wieħed minnhom li hu maħsub li hu sid il-post fejn jgħix.
Qabel ingħatat is-sentenza, l-avukat tiegħu u l-ispettur tal-Pulizija ddiskutew il-każ mal-Maġistrat, lil hinn mill-widen tal-midja.
Fil-Qorti, Zammit Tabona ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ngħata sentenza ta' priġunerija ta' sitt xhur sospiża għal sentejn.
Il-qorti poġġietu wkoll taħt ordni ta' superviżjoni u ta' trattament għal dawn is-sentejn.