Direttur Ġenerali ġdid għall-NSO

Etienne Caruana nħatar bħala Direttur Ġenerali ġdid għall-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).  Dan wara li kien ilu jservi temporanjament bħala Direttur Ġenerali minn Jannar tal-2018. F’Diċembru 2017 kien irriżenja minn din il-kariga Reuben Fenech

Jirriżenja d-Direttur Ġenerali tal-NSO

Caruana ilu jaħdem mal-NSO għall-aħħar 18-il sena.  Fl-2005 huwa kien inħatar Manager responsabbli mill-istatistika soċjali, li tinkludi d-demografija, l-edukazzjoni, u stħarriġ nazzjonali bħal dak dwar id-dħul u kundizzjonijiet ta’ għajxien. Fl-2009 sar Direttur responsabbli mis-suq tax-xogħol, it-turiżmu, id-demografija, il-migrazzjoni u l-edukazzjoni.

Caruana ggradwa fil-Matematika u l-Fiżika u għandu Masters fl-Istatistika u r-Riċerka.