Direttur ġdid għall-RSM Malta

Gordon se jkun qed jirrapporta lill-imsieħba tal-kumpanija u se jkun responsabbli, primarjament, mis-servizzi ta’ konsulenza fuq in-Negozju u t-Teknoloġija biex jiżgura li l-kumpanija tkompli tikber f’oqsma ewlenin tas-servizzi li toffri, bħalma huma t-titjib fir-riżultati tan-negozji, il-portfolju tal-IT u l-immaniġġjar tal-proġetti, l-amministrazzjoni tat-teknoloġija, l-assigurazzjoni u servizzi oħra relatati.
Gordon għandu diversi snin ta’ esperjenza f’dawn l-oqsma, li l-kumpanija RSM Malta se tkun qed tgawdi minnhom.
Deo Scerri, l-Imsieħeb Maniġerjali tal-RSM Malta, qal li “Gordon, fir-rwol il-ġdid tiegħu, qed iġib għarfien kbir fit-tmexxija, it-teknoloġija u n-negozji li hu importanti ħafna għat-tkabbir tal-pilastru tal-konsulenza għan-negozji offruta mill-kumpanija tagħna.”
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt