Direttur ġdid għall-Festival ta’ ŻiguŻajg

Read in English.

Marta Vella ġiet maħtura bħala d-Direttur tal-Festival ta’ ŻiguŻajg mill-Fondazzjoni Kreattività għat-tliet snin li ġejjin.

Marta Vella għandha esperjenza wiesa’ fl-arti performattiva u hija mħarrġa fir-Royal Academy of Dramatic Art f’Londra. Marta mhijiex stranġiera għall-festival hekk kif ħadet sehem f’The Japanese Garden (2012), The Three Sunsets (2014) u kitbet u dderiġiet kemm Cookie and the Art of Bullying (2014) kif ukoll Aħn’aħwa jew m’aħniex? (2017).

Reċentement hija kienet waħda mill-kittieba u dderiġiet is-serje tant mfaħħra Panto in the Dark flimkien ma’ Teatru Malta li għaliha Gaw Gaw rebħet il-premju 2020 għall-Aħjar Innovazzjoni fil-Malta Arts Awards. Bħalissa tirrisjedi f’Londra, Marta ħadet sehem fis-Complicité’s Everything That Rises Must Dance bi krediti oħra fosthom Akakiy in The Overcoat (Scandal and Gallows), The Queen of Hearts in Alice’s Adventures Underground (Les Enfants Terribles), Woman in Then The Square Grew Dark, (Bloomsbury Theatre), Mother Courage in Mother Courage and Her Children, Helen of Troy in The Women of Troy u Rebekka West f’Rosmersholm (RADA). Il-krediti lokali jinkludu De-Terminated (Herman Grech), The Bacche, Calendar Girls (MADC), 9 Parts of Desire (Troupe 18:4), Blood Wedding, Ma Rridx Immur (Teatru Manoel), In-Nisa Maltin Jafu Kif, Il -Kappillan ta’ Malta (Staġun Teatru Malti), The Three Sunsets (TMYT) u r-rwol tat-titlu f’Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa (Unifaun).

Din it-tħabbira tasal f’mument eċċitanti għall-festival hekk kif qed jiċċelebra l-għaxar sena mit-twaqqif tiegħu u forsi l-aktar edizzjoni ta’ sfida. Wara li tadatta għall-klima regolatorja li dejjem tinbidel matul din il-pandemija Covid-19 li għadha magħna, bla dubju dan il-festival se jkollu stil differenti ħafna għal dak li għalih huma mdorrijin l-udjenzi tiegħu. Madankollu Marta hija determinata li tidħol għall-okkażjoni. Il-Festival ta’ ŻiguŻajg se jsir f’Novembru 2020, bil-programm ta’ avvenimenti tiegħu jitħabbar fil-bidu ta’ Ottubru 2020.

Il-Fondazzjoni tixtieq tesprimi l-gratitudni lil Daniel Azzopardi għall-ħidma sfieqa tiegħu waqt li serva bħala d-Direttur tal-Festival ta’ ŻiguŻajg għal dawn l-aħħar erba’ snin u li fl-istess ħin tawgura lil Marta Vella għall-pożizzjoni ġdida tagħha biex tieħu t-tmun tal-Festival ŻiguŻajg.

Din l-informazzjoni twasslet minn Fondazzjoni Kreattività.