Direttur artistiku ġdid għall-Malta Jazz Festival 2016

Il-Malta Jazz Festival 2016 se jkollu direttur artistiku ġdid u mistenni joħloq atmosfera vibranti ta’ mużika jazz madwar il-Belt.
Taħt id-direzzjoni artistika ta’ Sandro Zerafa, l-għan ta’ dan il-festival huwa li jilħaq udjenzi iżgħar fl-età u iktar varjati.
Bħas-snin ta’ qabel dan il-festival se jippreżenta wħud mill-iktar mużiċisti u gruppi mużikali meqjusa bħal Mike Stern/ Bill Evans band, Snarky Puppy u Omer Avital.
Mike Stern u Bill Evans huma żewġ mużiċisti ta’ għarfien dinji. It-tnejn ġew nominati iktar minn darba għall-premju Grammy matul is-snin u kienu membri tal-band ta’ Miles Davis fit-tmeninijiet.
Rebbieħ darbtejn tal-premju Grammy, Snarky Puppy bħalissa hu wieħed mill-aktar gruppi mużikali mfittxija fid-dinja tal-jazz u se jagħlaq il-programm tas-Sibt filgħaxija.Il-pjanist Marcus Roberts probabbli hu l-aktar magħruf għall-iżvilupp ta’ metodu ġdid kif jindaqq il-jazz bejn tlieta min-nies.
Il-programm tas-Sibt jinfetaħ minn Dominic Galea, li se jdoqq ma’ Clark Tracey
Permezz tal-attivitajiet tal-Jazz on the Fringe, mużiċisti żgħażagħ issa qed jingħataw ċans jaqsmu l-palk ma’ artisti rebbieħa tal-premju Grammy, li qed tħeġġiġhom ukoll biex ikomplu jistudjaw ’l barra minn xtutna.
 
Dan huwa l-programm sħiħ tal-Jazz Festival 2016:
 
Il-Ħamis 21 ta’ Lulju
Id-daħla ta’ Bieb il-Belt, Valletta fit-8pm
Oliver Degabriele Trio bis-sehem ta’ Damien Fleau
Quddiem il-Qorti, il-Belt Valletta fid-9pm
South Sound Experience bis-sehem ta’ Joe Debono
Harold López-Nussa
 
Il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju
Ta’ Liesse, il-Belt Valletta fit-8pm
The Fringe Youth Jazz Ensemble
Marcus Roberts Trio
Mike Stern/ Bill Evans band bis-sehem ta’ Dennis Chambers & Darryl Jones
 
Is-Sibt 23 ta’ Lulju
Ta’ Liesse, il-Belt Valletta fit-8pm
Dominic Galea – The UK Connection
Omer Avital
Snarky Puppy